St. Ignatius College Luqa Primary School
Dalgħodu l-iskola tagħna ġiet mogħtija t-tieni LEAF Award tagħha. Iċ-ċerimonja saret taħt il-patronċinju tal-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.
LEAF huwa programm ieħor li l-iskola tagħna tieħu sehem attiv fih. Il-programm huwa maħsub biex iżid l-għarfien dwar l-importanza tas-siġar u l-foresti. Kif insibuhom bosta drabi, is-siġar huma l-pulmun tad-dinja tagħna. Huwa d-dmir tagħna li nieħdu ħsiebhom; kemm għalina, kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.
Minbarra x-xogħol li jsir ġewwa l-iskola tagħna, speċjalment mill-Klabb tal-Ġardinaġġ, issir ħidma wkoll barra mill-bibien tal-iskola, bħal fir-Residenza St Vincent de Paul. L-iskola issa għandha wkoll il-ġardinar tagħha, li ser ikompli jgħin biex il-ġonna tagħna jinżammu fi stat tajjeb.
Leave a Reply