Feeds:
Posts
Comments

https://www.facebook.com/timesofmalta/videos/10155782847298175/

 

Advertisements

On Tuesday 19th June 2018, the College Principal, Ms Maria Pace inaugurated our innovative Vertical Wall Garden. Read the whole story of the project accompanied by photos taken on the inauguration day: (after the article click on the links below to see how the event was reported in the local media)

At the start of the Scholastic Year 2017/2018, the St Ignatius College Luqa Primary EkoSkola team in collaboration with the We Eat Responsibly project, embarked on a mission to revamp an abandoned space in the School’s grounds.

The students, together with Ms Cynthia Caruana (‘We Eat Responsibly’ Coordinator), Mr Stefano Farrugia (Assistant Head of School) and Ms Miriam Ellul (EkoSkola link teacher) came up with the idea of creating a Vertical Wall Garden based on the principles of hydroponics – the science of growing plants without soil. With funds provided by the We Eat Responsibly project, HSBC water programme, the Luqa Local Council’s, our the School’s own funds and help provided by Wasteserv, the project started coming to life in the beginning of the year 2018.

With the guidance of Mr Mario Salerno (Ex lecturer at Mcast) and Mr Charles Zahra (Agronomist) the school planned the various stages of the project. Ten pallets that would have been otherwise thrown away, have been used, and thanks to the school’s gardener, Mr Charles Scicluna, who oversaw the project from start to finish, they were treated with linseed oil to prolong their lifetime. Then they were reinforced with wood taken from older pallets and fitted with weed mat. After, they were attached to the wall with custom made brackets. Meanwhile, two 1000 litre tanks were provided by Wasteserv from their Civic Amenity Sites and a smaller tank was provided by the Luqa Local Council. Later, an irrigation system was installed and the pallets were filled with different substrates such as seaweed, sawdust, perlite, coco peat and peat. In order to save water, a system to collect the water used for irrigation was installed beneath the pallets.

The project was inaugurated on the 19th of June and now, at Luqa Primary the children can grow their own vegetables and herbs organically and sustainably, whilst raising awareness that local produce should be given priority and that lack of space to grow crops is no longer an issue. The Ekoskola team plans to invite other EkoSkola teams to Luqa Primary to encourage other schools to take such an initiative.

The Ekoskola team would like to thank the Head of School, Mr Alexander Cassar, for believing in this project and for his support throughout.

St Ignatius College Luqa Primary has been participating in the Eco-Schools Programme, locally managed by Nature Trust – FEE Malta since 2005 and last year it was awarded its 3rd Green Flag, a world-recognized award, based on international quality criteria, for the school’s commitment towards integrating ESD in the curriculum through a whole school approach.

 

http://www.one.com.mt/news/?s=luqa

http://www.one.com.mt/news/2018/06/19/inawgurat-gnien-minghajr-l-uzu-tal-hamrija-fl-iskola-primarja-ta-hal-luqa/

http://netnews.com.mt/2018/06/19/studenti-favur-ambjent-ahjar/

 

Fl-aħħar nistgħu verament ngħidu li se nibdew naraw il-frott tax-xogħol kbir li ħadna, għax proprju llum ħawwilna l-ħwawar u l-ħass fil-Vertical Wall Garden. Flimkien mas-sur Charles Zahra u l-ġardinar tal-iskola tagħna, is-sur Charles Scicluna, il-kumitat tal-EkoSkola għen biex jitħawlu dawn il-ħaxix. S’issa għandna dawn il-ħwawar: Salvja, ħabaq, Curry, sagħtar, sagħtar tal-lumi u klin. Ninsabu lkoll ħerqanin biex għada ninawguraw il-proġett tagħna.

 

 

 

 

Illum 14 ta’ Ġunju, il-kumitat tal-EkoSkola għamel Special Assembly dwar l-importanza li nagħżlu frott u ħaxix lokali u staġjonali u dwar kif nistgħu ninkluduhom fid-dieta tagħna.  Dan sar permezz ta’ reċta qasira u powerpoint presentation.

Ħadu spunt minn dan kollu biex infurmaw lit-tfal kollha li l-proġett tal-Vertical Wall Garden issa kwazi tlesta u se jiġi inawgurat nhar it-Tlieta 19 ta’ Ġunju. Prosit lill-kumitat tal-EkoSkola u lil Ms Miriam Ellul (EkoSkola link person).

20180614_083943

 

 

Fil-11 ta’ Ġunju, ġiet iżżurna Ms Cynthia Caruana fejn flimkien magħħa u ma’ Ms Miriam Ellul,  il-kumitat tal-EkoSkola tgħallem aktar dwar il-pjanta tal-kappar li tikber fil-ġonna tagħna. Wara qatgħu xi kappar, ġie mqiegħed f’vażetti tal-ħġieg u tħalltu mas-salmura li ppreparaw huma stess. Dan il-kappar issa jistgħu jgawdu minnu l-membri tal-EkoSkola flimkien mal-familji tagħħom.

 

Prodott ieħor  li jista jitkabbar faċilment.  Inħeġġukom taqraw ftit informazzjoni dwar il-kappar hawn taħt:

Il-kappara hija pjanta indiġena komuni li tikber fil-gżejjer Maltin. Hija arbuxell jew sġajra żgħira u għandha numru ta’ friegħi ħerġin minn xulxin, bil-weraq li jikbru fuq kull naħa tal-magħseb. Il-weraq ikunu ħodor, ħoxnin, ileqqu, tondi għal żengulin.

kappara2

Il-fjuri jikbru minn buttun li jkollu erba’ qasmiet. Kull fjura għandha erba’ petali bojod b’riħa tfuh li tiġbdek, li jkunu bejn 5 sa 7 ċm. Dawn iħaddnu numru ta’ ħjut vjola li jwieżnu l-għabra tad-dakra. F’nofshom hemm stigma waħda, dik il-parti femminili twaħħal li tilqa’ l-għabra tad-dakra. Wieħed jista’ jara dawn il-fjuri tal-kappar minn April sa Settembru.

Il-kappar hija pjanti li tikber qalb il-ġebel u l-blat u f’taħlit ta’ ħamrija. Tikber fuq blat għeri, fix-xquq u anki f’għaram ramel, u fi żrieżaq kalkarji kif ukoll f’ambjenti niexfa qrib ix-xtut. Tikber ukoll fil-qigħan tal-widien, tixxabbat mal-irdumijiet, u anki fil-fili ta’ bini antik. Saħansitra rebħet anki s-swar li ħarsa lejnhom biss hija biżżzejjed biex tnaffar lil dawk li jkunu jrid jattakkawhom.

Il-kappara tgħix aktar minn sena waħda, tikber minn sena għall-oħra. Fix-xitwa titlef ħafna mill-weraq tagħha, għax hija ħorfija.

Il-kappara tiflaħ għal­l-melħ u għalhekk tikber ukoll viċin il-baħar. Minbarra fil­gżejjer Maltin il-kappara tinstab tikber madwar il-Mediterran.

Tant għandha valur ekonomiku l-kappara, li f’pajjiżi oħra għall-ħabta tal-aħħar tat-tmeninijiet, kienet ikkultivata f’wesgħat kbar, l-aktar f’pajjiżi fejn hemm ambjent aħrax. Dan minħabba li din il-pjanta tiflah ambjent Mediterranju, u f’wesgħat niexfa bħad-desert, fejn anki tgħin biex dan l-ambjent fraġli ma jinqeridx. Hija tiflaħ għal temperaturi li jilħqu madwar 40°C u anki riħ qawwi.

Hija mfassal b’mod li tista’ tnaqqas l-impatt ta’ levelli għolja ta’ radjazzjoni, temperaturi għoljin u nuqqas ta’ ilma fil-ħamrija matul iż-żmien meta tkun qed tikber.

frott-biż-żerriegħa

Il-kappara tista’ titnissel miż-żerriegħa li tinġabar mill-frotta misjura. Dawn jinżergħu f’taħlita ta’ ħamrija li ma tkunx iżżomm imma li ssaffi l-ilma. Imma l­kappara tista’ wkoll titnissel bil-biċċa li jinqatgħu minn 15 sa 50 ċm twal u li jkollhom diametru ta’ bejn 1.0 sa 2.5 cm. Biċċiet meħuda minn qrib il-qalba tal-pjanta huma aħjar biex jirnexxu  minn dawk mehuda mit-truf tal-pjanta.

buttun-u-fjur-tal-kappar3

Il-kappar jintuża fl-ikel Mediterranju. Il-blanzuni jew buttuni  jkunu ħodor kulur iż-żebbuġa u daqs ta’ qamħirrum jew piżella. Wara li dawn jinġabru jitpopġġew fil-ħall bil-melħ u jintużaw mal-ikel. . Dan jgħati riħa u tgħoma mielħa lill-ikel bħal ngħidu aħna l-ħut, il-laħam, l-insalata, iz-zalza, l-għaġin, u anki l-pizza.

Il-kappar kien jintuża bħala ġbara: qabda mill-pjanta, ta’ spiss imsaħħna, mifruxa fuq biċċa drapp u mqiegħda fuq il-ġilda biex ittaffi l-uġigħ, partijiet iffjammati tal-ġisem, l-aktar dawk tal-ġogi tas-saqajn u tal-idejn. Il-wereaq ukoll jiġu midrusa u mpoġġija fuq partijiet iffjammati, minħabba l-gotta. Taħlita, jew dekott, magħmul mill-weraq jew l-għeruq mgħollija ta’ spiss ukoll jintuża kontra l-ħmura tal-ġilda.

kappara

 

Dawn l-aħħar ġimagħtejn kienu impenjattivi ferm u sar ħafna aktar xogħol fuq il-Vertical Wal Garden. Is-sistema tad-dawl issa kompluta u ġie installat timer u contactor li se magħhom se tkun imqabbda l-pompa li se tintuża għall-irrigazzjoni.

Intant waslet fil-fażi finali it-tħejjija għas-sistema tal-irrigazzjoni. Tqabbdu l-pompi u l-pajpijiet biex b’hekk is-sistema issa kompluta. Se jkun hemm tank tal-1000 litru li se jkun qed jintela’ u jitħallat bil-fertiliser. Wara se jiġi dirett f’tank izgħar attrezzat b’pompa bis-sensor li se tkun qed twassal dan l-ilma f’tank ieħor tal-1000 litru li se jkun qed jintuża biex jissaqqa l-Vertical Wall Garden.  Is-sistema li tilqa’ fiha  l-ilma tat-tisqija ħadment perfettament u jidher li mhux se jkun hemm telf tal-ilma.

Nhar it-Tnejn se jitħawwlu l-ħxejjex u ninsabu lkoll eċitati għall-inawgurazzjoni li se ssir l-għada, 19 ta’ Ġunju. Prosit lil kull min ta’ sehemu biex jitwettaq dan il-proġett.

Il-ġimgha li għaddiet, il-kumitat tal-EkoSkola ltaqa’ ma’ Ms Cynthia Caruana, il-koordinatriċi tal-proġett, ‘We Eat Responsibly’. Matul din il-laqgħa it-tfal tal-kumitat tkellmu magħha dwar il-proġett tal-Vertical Wall Garden u l-importanza tiegħu.

Ms Cynthia Caruana min naħa tagħha spjegat lit-tfal l-importanza li nkabbru l-frott u l-ħaxix tagħna u li nużaw metodi organiċi. It-tfal tgħallmu dwar il-benefiċji ta’ dawn il-metodi, kemm għas-saħħa tagħna kif ukoll għall-ambjent ta’ madwarna.  Nirringrazzjaw lil Ms Cynthia Caruana talli ġiet iżżurna u ma ndumux ma nerġgħu niltaqgħu għall-inawgurazzjoni tal-Vertical Wall Garden.

Intant fl-aħħar ġie mwassal il-cable tal-elettriku sal-post fejn se jkunu qed jiġu mqabbda ż-żewġ pompi li se jintużaw biex jerġa jiġi ċċirkolat l-ilma tat-tisqija li se jkun qed joħroġ mill-pellets u għat-tisqija in ġenerali. Kull ma jonqos hu li jsiru l-konnessjonijiet mill-ħaddiema tagħna.  Nirringrazzjaw lis-sur Philp Galdes, il-precints officer tal-Kulleġġ San Injazju tal-koordinazjoni tiegħu.