Fl-aħħar nistgħu verament ngħidu li se nibdew naraw il-frott tax-xogħol kbir li ħadna, għax proprju llum ħawwilna l-ħwawar u l-ħass fil-Vertical Wall Garden. Flimkien mas-sur Charles Zahra u l-ġardinar tal-iskola tagħna, is-sur Charles Scicluna, il-kumitat tal-EkoSkola għen biex jitħawlu dawn il-ħaxix. S’issa għandna dawn il-ħwawar: Salvja, ħabaq, Curry, sagħtar, sagħtar tal-lumi u klin. Ninsabu lkoll ħerqanin biex għada ninawguraw il-proġett tagħna.
Leave a comment